Wednesday, July 24, 2024

Estiża l-iskema tat-tnaqqis fit-taxxa għan-negozji tal-familji

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-ammont ta’ negozji tal-familja reġistrati sa issa huwa ta’ 188. Dan żvelah il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri waqt webinar mtella’ mill-Family Business Office li ffoka fuq in-negozji tal-familja bħala parti minn SME Week u li wera li l-ammont ta’ reġistrazzjoni ta’ dawn in-negozji żdied, partikolarment f’Marzu ta’ din is-sena ’l hawn, jiġifieri matul il-perjodu tal-pandemija. Il-Ministru Schembri spjega kif iż-żieda fir-reġistrazzjoni minnha nnifisha turi kif negozji kienu qed jaraw li jibqgħu għaddejjin u jfittxu kull forma ta’ appoġġ li l-gvern kien qed joffri.

“Irridu li negozji tal-familji jkomplu jikbru u jiffjorixxu b’tali mod li jibqgħu jgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra. Huwa għalhekk li fl-aħħar snin rajna li ninċentivaw, fosthom bit-tnaqqis fit-taxxa tal-boll li, permezz tiegħu, fl-aħħar tliet snin negozji tal-familja ffrankaw €23 miljun f’taxxi. Din il-miżura se tkun estiża għal sena oħra b’investiment ta’ aktar minn €7 miljun,” qal il-Ministru Schembri.

Il-Ministru Schembri elenka kif matul din is-sena għadd ta’ negozji tal-familja għamlu użu mill-iskemi ta’ għajnuna, fosthom il-Microinvest, li sa issa bbenefikaw minnha €2.9 miljun, mill-iskema li tagħti konsulenza dwar in-negozju tal-familja (Family Business Advisory) li titratta fuq ristrutturar ta’ trasferimenti u suċċessjoni, li sa issa bbenefikaw minnha €95,000, mill-iskema ta’ transferiment, kif ukoll minn skemi oħra marbuta ma’ taħriġ.

“Dawn l-iskemi huma intenzjonati li jippreservaw u jipproteġu lin-negozji tal-familja sabiex ninkoraġixxuhom ikomplu jikbru minkejja d-diffikultajiet u l-ostakli li jħabbtu wiċċhom magħhom intrapriżi tal-familja. Inħeġġeġ lil dawn in-negozji sabiex ma jibżgħux, jagħmlu dak il-pass u jkunu innovattivi, jilqgħu għal inizjattivi diġitali li jgħinhom biex itejbu l-operat u s-servizzi tagħhom sabiex isaħħu l-kompetittività u jsaħħu l-ħiliet tal-ħaddiema tagħna. Bħala gvern, se nibqgħu ta’ spalla u nagħtu l-għodod neċessarji biex tkomplu tikbru u tkunu parti mit-tisħiħ tal-ekonomija ta’ pajjiżna,” qal il-Ministru Schembri.

Ekonomija

Sport