Saturday, June 22, 2024

Ethan Mbappe jitħarreġ ma’ ħuh

Aqra wkoll

Ethan Mbappe tħarreġ għall-ewwel darba mal-iskwadra tal-kbar ta’ Paris St Germain proprju ma’ ħuh Kylian. Din kienet okkażjoni speċjali għall-plejer ta’ 15-il sena li wera mal-ewwel il-potenzjal tiegħu.

Ethan jilgħab mat-tim ta’ taħt is-16-il sena tal-Pariġini u ftit tax-xhur ilu apparti li ngħata d-debutt fil-kampjonat taż-żgħażagħ Franċiż, lagħab fil-partita mill-UEFA Youth League kontra Maccabi Haifa bil-kowċ jiddeċiedi li jilagħbu sa mill-ewwel minuta.

Ethan Mbappe jilgħab bħala plejer f’nofs il-grawnd.

Ekonomija

Sport