Il-Pulizija mid-Distrett ta’ San Ġiljan arrestaw raġel mill-Etjopja ta’ 21 sena, residenti l-Ħamrun wara li fl-aħħar ġranet allegatament seraq minn diversi karozzi fis-Swieqi u Pembroke.
Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1:00 a.m, il-Pulizija rċeviet informazzjoni li kien intlemaħ raġel suspettuż idur ma’ xi vetturi. Għalhekk żewġ uffiċjali li kienu fuq ronda fl-akwati marru immedjatament fuq il-post u sabu lir-raġel fi Triq Mons. Alfredo Mifsud, Pembroke.
Huwa kien arrestat u fil-pussess tiegħu nstabu oġġetti li wara rriżulta li kienu għadhom kemm insterqu minn xi vetturi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.”