Tissokta l-ħidma tal-Pulizija fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, bl-arrest ta’ raġel ta’ 39 sena mill-Etjopja. Il-Pulizija wettqu tfittxija f’ħanut fi Triq il-Maskli, il-Qawra fejn allegatament kienet qed tkun ittraffikata d-droga.
Fit-tfittxija nstabu ftit inqas minn kilo u nofs sustanza suspettata kannabis. Il-valur fit-triq li kieku nbiegħet kien ilaħħaq madwar €15,000. Ġew elevati wkoll ftit iktar minn €64,500 fi flus kontanti.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D li ħatret inkjesta. Ir-raġel qed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjien.