Il-Ġermanja se jilagħbu kontra l-Ingilterra fil-finali tal-Euro 2022 f’Wembley Stadium il-Ħadd li ġej wara li għelbu lil Franza bl-iskor ta’ 2-1 f’semi-finali drammatika quddiem attendenza ta’ 27,445 f’Milton Keynes.
L-eroj tagħhom kienet Alexandra Popp li skorjat doppjetta. L-ewwel wieħed wasal fl-40 minuta meta kkonkludiet b’xutt mill-ewwel mill-cross ta’ Svenja Huth. It-tieni kien il-goal tar-rebħa, fis-76 minuta, permezz ta’ daqqa ta’ ras.
Il-Franċiżi kisbu l-goal momentarju fil-45 minuta meta Kadidiatou Diani venvnet xutt minn barra l-kaxxa li ħabat mal-lasta u ma dahar il-goalkeeper Merle Frohms għal auto-goal sfortunat. Fit-tieni taqsima l-Franċiżi kienu l-aħjar team u sofrew il-goal tat-telfa kotra x-xejra tal-logħob.