Il-Ġermanja ingħaqdu mal-Ingilterra fis-sem-finali tal-Euro 2022 tan-Nisa meta fil-kwarti-finali għelbu lill-Awstrija bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima.
Iż-żewġ skorers waslu minn Lina Magull (25) li xeħet fix-xibka wara pass perfett mingħand Popp biex l-istess Alexandra Popp (90) issiġillat ir-rebħa meta attakkat lill-goalkeeper Awstrijaka, Manuela Zinsberger, li kienet se tikklerja ‘l fuq bil-ballun jaħbat mal-Ġermaniża u jispiċċa fix-xibka.