L-Ingilterra pproduċew wirja sensazzjonali u li kisru r-rekord hekk kif għelbu lin-Norveġja bl-iskor ta’ 8-0 biex ikkwalifikaw għall-kwarti-finali tal-Euro 2022 tan-nisa.
Il-partitarji fl-Amex Stadium ta’ Brighton żgur mhux se jinsew din il-logħba hekk kif għelbu lil wieħed mill-aktar timijiet qawwija f’dan it-tournament.
Wara rebħa ta’ 1-0 fuq l-Awstrija, l-Ingilterra kellhom bidu mill-aqwa kontra n-Norveġiżi meta fit-12-il minuta fetħu l-iskor minn penalty ta’ Georgia Stanway.
Wieħed stenna reazzjoni min-Norveġiżi iżda fi spazju ta’ nofs siegħa l-Ingliżi skorjaw darbtejn oħra minn Lauren Hemp (15) u Ellen White (29).
Imbagħad dak li segwa kien assedju fuq il-lasti Norveġiża hekk kif Beth Mead (34, 38, 81) skorjat tripletta, Alessia Russo (66) ħarġet minn fuq il-bank tas-sostituti biex niżżlet isimha fuq il-lista tal-iskorers filwaqt li White (41) irreġistrat it-tieni goal tagħha fil-partita.
B’din il-prestazzjoni u b’dan ir-riżultat jagħmlu lill-Ingilterra favoriti li jirbħu dan it-tournament … għalkemm fil-football kollox jista’ jiġri.