*Georgia huma d-29 team li laħaq ir-rounds eliminatorji f’tournament finali tal- Kampjonat Ewropew.
*Ronaldo għamel il-50 dehra tiegħu fil- Kampjonat Ewropew u fit-Tazza tad-Dinja inklużi flimkien.
*F’ħin ta’ 94 sekonda, l-attakk ta’ Kvaratskhelia huwa l-ħames l-aktar goal veloċi fl-istorja tal-Euros.
*L-erba’ goals kollha ta’ Georgia f’din l-edizzjoni nvolvew lil Georges Mikautadze (3 goals, 1 assist). Issa huwa l-aqwa skorer tal-kampjonat.
*Georgia skorjaw fi 11 mill-aħħar 12-il partita tagħhom, inklużi t-tlieta ta’ din il-fażi finali.
*It-team immexxi mill-coach Willy Sagnol sab ix-xibka fl-ewwel taqsima ta’ sebgħa mill-aħħar tmien logħbiet tagħhom.
*Roberto Martinez kien rebaħ il-ħames logħbiet preċedenti tiegħu fil-grupp tal- Kampjonat Ewropew bħala coach tal-Belġju u l-Portugall.
*Il-Portugall kienu rebħu t-12-il partita kompetittiva tagħhom taħt Martinez qabel dan il-konfront.
*Din kienet biss it-tieni darba li l-Portugall naqsu milli jiskorjaw fl-aħħar 12-il partita tagħhom.
*Din hija wkoll l-ewwel darba li Cristiano Ronaldo naqas li jiskorja fil-Fażi tal-Gruppi.
IT-TURKIJA JIRBĦU T-TLIET PARTITI
KONTRA R-REP. ĊEKA FIL-EUROS
*It-Turkija rebħu t-tliet konfronti tal- Euros kontra r-Repubblika Ċeka. Huma rebħu fl-2008, 2016 u 2024 – kollha fit-tliet Matchday tal-fażi tal-gruppi.
*Iċ-Ċeki rebħu tlieta biss mill-aħħar 14-il partita tagħhom tal-Fażi tal-Gruppi tal- Kampjonat Ewropew (D3 T8).
*L-ebda waħda mill-aħħar 27 partita tal- Euros taċ-Ċeki ma spiċċat mingħajr ma ġie skorjat gowl. L-aħħar darba li kienu involuti fi draw ta’ 0-0 kienet is-semi-finali tal-1996 kontra Franza, li komplew rebħu bil-penalties.
*Iċ-Ċeki naqsu biss li jiskurjaw f’waħda mill-aħħar 15-il partita internazzjonali tagħhom.
*Iċ-Ċeki naqsu milli jtemmu fażi tal- gruppi tal-Euros mingħajr rebħa f’okkażjoni waħda biss preċedenti. Dan kien fil-Euro 2016 meta sfaw eliminati wara draw u żewġ telfiet.
*It-Turkija rebħu biss tnejn mill-aħħar 11-il partita tagħhom tal-Euros (D1 T8).
*It-Turkija żammew clean sheet waħda biss fl-aħħar 15-il partita tagħhom fil-Kamjonat Ewropew.
*It-Turkija għaddew għar-rounds eliminatorji għat-tielet darba. Huma waslu sas-semi-finali fl-2000 u l-kwarti-finali fl-2008.
*Hakan Calhanoglu għamel it-tmien dehra tiegħu fil-Euros, l-istess daqs Hakan Balta u waħda biss wara Rustu Recber (9).
*Il-karta ħamra taċ-Ċek, Antonin Barak, fl-20 minuta hija l-aktar waħda kmieni fl-istorja tal-Euros li qabżet it-tkeċċija ta’ Eric Abidal, fl-24 minuta, għal Franza kontra l-Italja fl-2008.
IR-RUMANIJA JIRBĦU L-GRUPP
GĦALL-EWWEL DARBA
*Ir-Rumanija rebħu l-grupp f’fażi finali għall-ewwel darba.
*Ondrej Duda skorja l-14-il goal internazzjonali tiegħu mas-Slovakkja.
*Is-Slovakkja skorjaw l-ewwel goal fi tliet logħbiet konsekuttivi fil-Euro 2024.
*Is-Slovakkja kkwalifikaw għall-fażi eliminatorja tal-Euros għat-tieni darba, bl-oħra tkun fl-2016.
*Kemm ir-Rumanija kif ukoll is-Slovakkja qatt ma rebħu aktar minn partita waħda f’fażi tal-grupp tal-Euros.
*Peter Pekarik u Juraj Kucka saru l-ewwel players li laħqu l-punt ta’ referenza ta’ 10 dehriet fil-Euros għas-Slovakkja.
*Ħamsa mill-aħħar seba’ logħbiet bejn is-Slovakkja u r-Rumanija spiċċaw draw.
*Razvan Marin skorja t-tieni goal tiegħu fil-Euro 2024, u l-ħames personali għar-Rumanija.
*Ir-Rumanija għaddew għar-rounds eliminatorji tal-Euros għall-ewwel darba mill-2000, u b’hekk hija t-tieni kampanja ta’ suċċess tal-gruppi minn total ta’ sitt dehriet fil-Kampjonat Ewropew.
IL-BELĠJU SE JILAGĦBU FL-AĦĦAR 16
GĦAT-TIELET DARBA KONSEKUTTIVA
*Din kienet l-ewwel laqgħa internazzjonali bejn dawn iż-żewġ timijiet.
*Il-Belġju laħqu l-istadju tar-round eliminatorju tal-Euro għat-tielet edizzjoni konsekuttiva u r-raba’ darba fl-istorja.
*Din kienet biss it-tieni darba li r-Red Devils naqsu li jiskorjaw fl-aħħar 12-il partita tagħhom fil-Euros.
*Il-Belġju żammew clean sheet f’sitta mill-aħħar tmien logħbiet tagħhom fil-grupp tal-Kampjonat Ewropew.
*L-Ukrajna temmew fi draw f’fażi finali tal-Euros għall-ewwel darba.