Friday, December 27, 2024

Euro 2024: Il-partita bejn Belġju u Svezja li ġiet abbandunata … mhux se terġa’ tintlagħab

Aqra wkoll

Il-logħba bejn il-Belġju u l-Isvezja, abbandu­nata nhar it-Tnejn fost twissija ta’ terrur fi Brussell, mhux se jkollha terġa’ tintlagħab, iddeċidiet il-UEFA.

Il-partita ta’ kwalifikazzjoni għall-Euro 2024 ġiet abbandunata fil-mistrieħ għal raġunijiet ta’ sigurtà bl-iskor dak il-ħin ikun ta’ 1-1.

Żewġ ċittadini Svediżi kienu nqatlu b’tiri ta’ arma tan-nar fil-kapitali Belġjana aktar kmieni wara nofsinnhar it-Tnejn.

Il-korp governattiv tal-football Ewropew qal li r-riżultat ġie “ikkonfermat bħala finali”.

“Kull team jingħata punt bil-klassifika ta’ Grupp F tiġi aġġornata kif xieraq,” żiedet tgħid il-UEFA.

“Kull sospensjoni titqies notifikata u karti sofor singoli jibqgħu validi.”

Iż-żewġ vittmi kienu Brussell biex jaraw lit-team nazzjonali tagħhom jilgħab mal-Belġju, qalu uffiċjali tal-football Svediż.

It-tielet partitarju tal-Isvezja weġġa’ serjament f’dan l-attakk, li l-awtoritajiet qalu li kien “attakk terroristiku mmirat lejn l-Isvezja u ċ-ċittadini Svediżi”.

Ir-raġel ta’ 45 sena wara l-attakk inqatel b’tiri mill-pulizija nhar it-Tlieta filgħodu.

Ekonomija

Sport