Friday, December 27, 2024

Euro 2024: Jikkwalifikaw ukoll l-Ungerija u s-Slovakkja

Aqra wkoll

Meta ntlagħab l-ewwel programm tad-Disa’ Ġurnata tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, l-Ungerija u s-Slovakkja qatgħu l-passaġġ tagħhom għall-fażi finali biex ingħaqdu mat-team ospitu, il-Ġermanja, flimkien ma’ Spanja, Skozja, Franza, Ingilterra, Turkija, Belġju, Awstrija u l-Portugall. 

Grupp A – Jidher li dan il-grupp se jintrebaħ minn Spanja hekk kif barra minn darhom għelbu lil Ċipru bl-iskor ta’ 3-1.  Huma fetħu vantaġġ ta’ tliet goals minn Lamine Yamal (5), Mikel Oyarzabal (22) u Joselu (28) filwaqt li Kostas Pi­leas (75) skorja l-goal ta’ konsolazzjoni għat-team ospitu.

Skozja marru għand Georgia u temmew fi draw ta’ 2-2 fejn dawn tal-aħħar kienu dejjem minn fuq, b’goals ta’    Khvicha Kvaratskhelia (15, 57) filwaqt li Scott McTominay (49) u Lawrence Shankland (93) kisbu d-draw għat-Tartani. 

Grupp F – L-Azerbaijan laqgħu lill-Isvezja u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-0, b’goals minn Emin Mahmudov (3), Renat Dadashov (6) u Emin Mahmudov (89). Huma kellhom lil Bahlul Mustafazada (56) imkeċċi. 

Grupp G – L-Ungerija marru l-Bulgarija u ħadu l-punt li kellhom bżonn meta spiċċaw fi draw ta’ 2-2, f’partita tensa fejn iż-żewġ timijiet kellhom player imkeċċi li kienu Valentin Ant­ov (37) għall-Bulgarija u Milos Kerkez (57) għall-Ungerija. 

Spas Delev (24) u Kiril Despodov (79 pen) skorjaw għall-Bulgarija filwaqt li Martin Adam (10) u auto-goal ta’ Alex Pekov (94) wieġbu għall-viżitaturi. 

Grupp J – Is-Slovakkja għelbu lill-Islanda 4-2, bil-goals jaslu minn Juraj Kucka (30), Ondrej Duda (36 pen) u Lukas Haraslin (47, 55) filwaqt li Orri Steinn Oskarsson (17) u Andri Gudjohnsen (74) skorjaw għall-Islandiżi.  

Il-Portugall baqgħu b’punti massimi meta barra minn darhom għelbu lil Leichtenstein bl-iskor ta’ 3-0, bl-iskorers ikunu Cristiano Ronaldo (46), Joao Cancelo (57) u Goncalo Ramos (82).  

Ekonomija

Sport