Sunday, November 24, 2024

Euro 2024: L-Ingilterra jikkwalifikaw għall-fażi finali

Aqra wkoll

Meta ntlagħab l-aħħar programm tat-tmien ġurnata tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, l-Ingilterra rnexxielhom jikkwalifikaw b’rebħa fuq it-Taljani ta’ 3-1 biex ingħaqdu mat-tmien finalisti s’issa. Dawn huma l-Ġermanja (organizzaturi), Spanja, Skozja, Franza, Turkija, Belġju, Awstrija u l-Portugall. 

Grupp C – Fil-partita tant mistennija, l-Ingilterra għelbu lill-Italja bl-iskor ta’ 3-1. Iżda kienu dawn tal-aħħar li fetħu l-iskor meta, fil-15-il minuta, Gianluca Scamacca xeħet fis-saqaf tax-xibka wara li d-difiża Ingliża naqset li tikklerja. 

Iżda, fit-32 minuta, l-Ingliżi kisbu d-draw meta ngħataw penalty biex mill-11-il metru Harry Kane ma żbaljax. U fis-57 minuta huma marru fil-vantaġġ permezz ta’ Marcus Rashford. Fis-77 minuta, it-Three Lions aċċertaw mir-rebħa permezz tas-solitu Harry Kane.  

Grupp G – L-Ungerija spiċċaw fi draw ta’ 2-2 kontra l-Litwanja u għaldqstant iridu jistennew logħba oħra għall- kwalifikazzjoni. L-iskorers għal Latvja kienu Fedor Cernych (20) u Pijus Sirvys (36) filwaqt li Dominik Szoboszlai (67 pen)  u Barnabas Varga (82) wieġbu għall-Magyars. 

Is-Serbja għamlu pass kbir lejn il-kwalifikazzjoni meta għelbu lil Montenegro bl-iskor ta’ 3-1, b’goals minn doppjetta ta’ Aleksandar Mitrovic (9, 77) u Dusan Tadic (77) filwaqt li Stevan Jovetic (36) skorja għal Montenegro.

Grupp H – Is-Slovenja marru l-Irlanda ta’ Fuq u ħadu dak li riedu meta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0, bil-goal importanti jasal minn Adam Gnezda wara biss ħames minuti. 

Id-Danimarka kellhom jitħabtu kontra San Marino meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1. Il-goals waslu minn Rasmus Hojlund (42) u Yussuf Poulsen (70) filwaqt li Alessandro Golinucci (61) kiseb id-draw momentarju għat-team ospitu. 

F’darhom il-Finlandja sfaw megħluba mill-Kazakhstan bl-iskor ta’ 2-1 bil-goals ta’ dawn tal-aħħar jaslu minn doppjetta ta’ Baktiyor Zainutdinov (77 pen, 89) wara li Robert Taylor (28) fetaħ l-iskor għat-team ospitu. 

Sport