INGILTERRA …. 0
SLOVENJA……… 0
L-Ingilterra rebħu Grupp C tal-Euro 2024 meta, f’wirja oħra diżappuntanti, spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals kontra s-Slovenja li wkoll qatgħu l-passaġġ mal-Aħħar 16. Issa l-Ingliżi se jilagħbu kontra l-Olanda.
L-ewwel ċans tal-partita wasal mis-Sloveni meta, fis-sitt minuta, minn tarf il-kaxxa ż-żgħira, Benjamin Sesko ndirizza bir-ras biex il-goalkeeper, Jordan Pickford, laqa’ mingħajr tbatija.
Fid-19-il minuta, l-Ingliżi ħasbu li fetħu l-iskor minn Bukayo Saka li rċieva mingħand Phil Foden li kien f’pożizzjoni ta’ offside.
U bħal ma jiġri dejjem, it-team immexxi minn Gareth Southgate, reġa’ ddiżappunta hekk kif il-players dehru konfużi fil-logħob tagħhom.
Fis-36 minuta, minn azzjoni ta’ free-kick, Phil Foden fajjar xutt minn 25 metru bogħod iżda sab lil Jan Oblak attent.
Fl-40 minuta, wasal l-aħjar ċans tal-Ingliżi meta Kieran Trippier xeħet cross insidjuż li minnu Conor Callagher u Harry Kane naqsu li jagħmlu kuntatt mal-ballun biex setgħu jitfgħu l-ballun fix-xibka.
Fit-tieni taqsima, minkejja li gawdew aktar mill- pusses tal-ballun, it-Three Lions rari mpenjaw lill- goalkeeper, Jan Oblak.
DANIMARKA…. 0
SERBJA………… 0
Id-Danimarka u s-Serbja spiċċaw fi draw ta’ 0-0 liema riżultat jara lid-Daniżi mal-Aħħar 16.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet mid-Daniżi meta, fis-16-il minuta, Joakim Maehle xeħet cross perikoluż iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Alexander Bah għaddiet tħakkek mal-wieqfa.
Fl-24 minuta, id-Daniżi skorjaw minn Jonas Wind iżda l-goal ġie annullat għal foul tal-istess Wind fuq il- goalkeeper Serb, Predrag Rajkovic.
Anke s-Serbi kellhom goal imħassar, fid-59 minuta, meta Joachim Andersen xeħet ġox-xibka tiegħu stess iżda fil-proċess, Luka Jovic waqa’ f’pożizzjoni ta’ offside.
Id-Daniżi baqgħu l-aħjar team iżda ma setgħux jiskorjaw il-goal tar-rebħa.