Friday, November 15, 2024

Euro 2024: L-Iskoċċiżi jdawru telfa f’rebħa b’żewġ goals lejn it-tmiem

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tat-tielet ġurnata tar-round ta’ kwa­lifikazzjoni tal-Euro 2024 kienu l-Isk ozja li ġibdu l-attenzjoni meta b’żewġ  goals fl-aħħar tliet minuti huma għelbu lin-Norveġja bl-iskor ta’ 2-1 liema partita ntlagħbet f’Oslo.  

Wara taqsima ta’ mingħajr goals, kien Erling Haaland (61 pen) li fetaħ l-iskor għan-Norveġiżi iż­da Lyndon Dykes (87) u Kenny McLean (89) taw ir-rebħa lit-Tartani.  

Fil-partita l-oħra, barra minn darhom Georgia għelbu lil Ċipru bl-iskor ta’ 2-1 bil-goals tagħhom jiġu skorjati minn Georges Mikautadze (31) u Zuriko Davitashvili (84) filwaqt li Ioannis Pittas (40 pen) kiseb id-draw momentarju għaċ-Ċiprijotti. 

Minn Grupp E, ir-Repubblika Ċeka marru Faroe Islands u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0 bil-goals jaslu minn Ladislav Krejci (15) u Vaclav Cern (44, 75).

Minn Grupp F, f’darhom il-Belġju ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 mill-Awstrija li fetħu l-iskor minn auto-goal ta’ Orel Mangala (22) li qarraq għal kollox b’Thibaut Courtois. Iżda Romelu Lukaku (61) kiseb id-draw għar-Red Devils. 

Minn Grupp G, il-Litwanja u l-Bulgarija spiċ­ċaw fi draw ta’ 1-1. Edvinas Girdvainis (15) fetaħ l-iskor għal-Litwani li kel­lhom lil Justas Lasickas (17) imkeċċi filwaqt li Marin Plamenov (27) kiseb id-draw għall-Bulgari. 

Fil-logħba l-oħra l-Montenegro u l-Ungerija temmew fi draw ta’ mingħajr goals. 

Fi Grupp J, il-Portugall ospitaw lil Bosnja Herzegovin u għelbuhom  bl-iskor ta’ 3-0 bil-goals jaslu   minn Bernardo Silva (44) u doppjetta ta’ Bruno Fernandes (93).  

Ekonomija

Sport