Sunday, December 22, 2024

Euro 2024: L-Italja miżmuma mill-Maċedonja

Aqra wkoll

L-Italja reġgħet ġiet miżmuma mill-Maċedonja, bl-iskor ta’ 1-1, liema partita kienet valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024 li ntlagħbet fi Skopje. 

Kien Ciro Immobile (47) li fetaħ l-iskor għall-Azzurri fl-ewwel logħba tal-coach, Luciano Spalletti, li nħatar bħala s-suċċessur ta’ Roberto Mancini li ngħata l-kariga ta’ coach nazzjonali tal-Arabja Sawdija.  

Iżda l-free-kick minn 20 metru bogħod ta’  Enis Bardhi kiseb id-draw għall-Maċedonja li kienu eliminaw lill-Istess Taljani mit-Tazza tad-Dinja 2022, fil-play-offs.

Fil-veritá t-Taljani kienu sfortunati meta Sandro Tonali laqat il-lasta filwaqt li Immobile falla ċans faċli bir-ras minn taħt il-lasta. 

B’dan id-draw, l-Italja fallew żewġ punti importanti fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għall-kwalifikazzjoni għall-Euro 2024.  Huma jinsabu fit-tielet post ta’ Grupp C, wara l-Ingilterra (13) u l-Ukrajna (7). 

Bit-Taljani għandhom erba’ punti b’partita inqas, il-logħba ta’ nhar it-Tlieta li ġej kontra l-Ukrajna, f’San Siro, hija waħda kruċjali.  

Ekonomija

Sport