Tuesday, December 24, 2024

Euro 2024: L-Ukrajna jidħlu biċ-ċans bir-rebħa fuq il-Maċedonja

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tielet u l-aħħar programm tas-seba’ ġurnata tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, l-Ukrajna għelbu lil Maċedonja bl-iskor ta’ 2-0 biex daħlu biċ-ċans li jikkwalfikaw għall-fażi finali.  

Grupp C – Bla dubju, dan il-konfront jinteressa lilna l-Maltin minħabba li ninsabu fl-istess grupp. 

Min-naħa tal-Maċedonja, b’din it-telfa issa nqatgħu għal kollox mit-taqtiegħa għall-kwalifikazzjoni filwaqt li l-Ukreni issa jsegwu b’attenzjoni kbira il-partita ta’ nhar it-Tlieta li ġej, bejn l-Ingilterra u l-Italja fejn jittamaw li t-Three Lions joħorġu rebbieħa. 

Intant, il-goals tal-Ukreni waslu minn Heorhii Sudakov (30 u Oleksandr Karavaev (92).

Grupp G – Barra minn darhom, il-Litwanja għelbu lill-Bulgarija bl-iskor ta’ 2-0 permezz ta’ doppjetta ta’ Pijus Sirvys (45, 55) wara li l-Bulgari kellhom lil Andrian Kraev (42) imkeċċi għal żewġ karti sofor. 

L-Ungerija ospitaw lis-Serbja u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers ikunu Barnabas Varga (20) u Roland Sallai (34) filwaqt li Strahinja Pavlovic (33) kiseb id-draw momentarju għall-viżitaturi. 

Grupp H – L-Irlanda ta’ Fuq għelbu lil San Marino b’mod faċli bl-iskor ta’ 3-0 bil-goals jaslu minn Paul Smyth (5), Josh Magennis (11) u Conor McMenamin (81).

Anke s-Slovenja rreġistraw rebħa b’dan l-iskor meta għelbu lill-Finlandja bl-iskor ta’ 3-0 biex telgħu fil-quċċata tal-klassifika, bl-iskorers ikunu Benjamin Sesko (16 pen, 28) u Erik Janza (93).  

Ekonomija

Sport