Friday, December 27, 2024

Euro 2024 – Malta ssofri telfa diffiċli kontra l-Italja

Aqra wkoll

Italja ……….4

Malta ……….0

F’konfront diffiċli li ntlagħab f’Bari validu mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, Malta sfat megħluba mill-Italja bl-is­kor ta’ 4-0 fejn kienet evidenti d-differenza bejn iż-żewġ timijiet.

Għal dan il-konfront, il-Maltin kellhom tliet pendini importanti neqsin – is-sospiż Steve Borg u l-imweġġgħin Jodi Felice Jones u Teddy Teuma.

Mas-suffara inizjali, it-Tal­jani ħarġu jfittxu l-goal u proprju fis-sitt minuta resqu viċin meta d-daqqa ta’ ras ta’ Gianluca Mancini spiċċat fuq il-mimduda.

Peró wara din il-furja, il-Maltin bdew jissetiljaw u  bdew jaqsmu l-logħob mal-avversarji iżda wara l-goal tal-vantaġġ, it-Taljani ddominaw għal kollox.

Fis-17-il minuta, l-Italja appellaw għal penalty iżda Joseph Mbong kien antiċipa fil-ħin lil Moise Kean b’dan tal-aħħar jaqa’ mal-art mingħajr l-ebda kuntatt.

B’mod gradwali, it-Taljani bdew iżidu l-pressjoni u fit-23 minuta ġew ippremjati meta Kean ipprova jidħol fil-kaxxa iżda ġie mblukkat minn Enrico Pepe, bil-ballun jasal għand Giacomo Bonaventura li minn tarf il-kaxxa xeħet fis-saqaf tax-xib­ka biex dan kien l-ewwel goal tiegħu għall-Azzurri.

Ħames minuti wara, il-Maltin ħelsuha ħafif meta minn azzjoni ta’ corner, Alessandro Bastoni għolla l-mira minn taħt il-lasti.

Fl-40 minuta, il-goalkee­per Bonello ma kklerjax il-ballun mill-ewwel biex ġie attakkat minn Giacomo Raspadori u kien kostrett li jitfa’ f’corner.

Ħames minuti wara, il- Maltin sofrew it-tieni goal meta Nicoló Barella għadda lejn Domenico Berardi li minn tarf il-kaxxa dawwar il-ballun li ħabat mal-wieqfa qabel spiċċa fix-xibka.

Fis-56 minuta, wasal l-aħjar ċans għall-Maltin iżda Yannick Yankam ġie antiċipat fil-ħin minn Bastoni f’tarf il-kaxxa ż-żgħira.

Fit-62 minuta, kien Ferdi­nando Apap li salva għall-iżball ta’ Bonello iżda, mi­­nuta wara, it-Taljani skor­jaw it-tielet goal meta mill-cross ta’ Raspadori, Kean ma la­qatx il-ballun iżda warajh kien ġej bil-ġirja Domenico Berardi li sammar il-ballun fix-xibka.

Wara dan il-goal, il-coach Taljan Luciano Spalletti, wettaq diversi sostituzzjo­nijiet … iżda fid-93 mi­nuta Davide Frattesi ssiġilla r- rebħa b’xutt fil-baxx min­kejja li kien issikkat minn diversi difensuri Maltin.

ITALJA: 1-Gianluig Donnarumma, 3-Federico Dimarco (6-Iyenoma Udogie 79),  5-Mauel Locatelli, 7-Moise Kean (9-Gianluca Scamacca 79), 8-Giacomo Bonaventura (4-Cristiano Biraghi 87), 10-Gia­como Raspadori, 11-Domenico Berardi (20-Riccardo Orsolini 65), 13-Matteo Darmian, 14-Gian­luca Mancini, 18-Nicoló Barella (17-Davide Frattesi 66), 23-Alessandro Bastoni – Coach: Luciano Spalletti

MALTA: 1-Henry Bonello, 3-Ryan Camenzuli, 6-Matthew Guillaumier, 7-Joseph Mbong (2-Cain Attard 66), 9-Luke Montebello (14-Alexander Satariano 55), 13-Enrico Pepe, 19-Bjorn Kristensen (18-Nikolai Muscat 66), 20-Yannick Yankam (17-Kyrian Nwoko 84), 21-Paul Mbong (11-Brandon Paiber 84), 22-Zach Muscat, 23-Ferdinando Apap – Coach: Michele Marcolini

REFEREE: Duje Strukan (Kroazja)

ASS. REFEREES: Bojan Zobenica, Alen Jaksic (Kroazja)

RABA’ UFF: Fran Jovic (Kroazja)

SKORERS: G. Bonaventura 23, D. Berardi 45, 63, D. Frattesi 93 (I)

AMMONITI: P. Mbong, Y. Yankam, F. Apap (M)

Ekonomija

Sport