Tuesday, December 24, 2024

Euro 2024: Rebħa kbira mill-Ingilterra fuq il-Maċedonja

Aqra wkoll

Meta beda jintlagħab l-ewwel programm tar-raba’ ġurnata tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Euro 2024, l-Ingilterra komplew juru l-qawwa tagħhom meta għelbu lil Maċedonja bl-iskor kbir ta’ 7-0 biex għandhom punti massimi minn erba’ partiti fi Grupp C … jew aħjar fil-grupp ta’ Malta.

Wara r-rebħa ta’ 4-0 kontra Malta, fl-Istadium Nazzjonali, nhar il-Ġimgħa li għadda, ilbieraħ l-Ingliżi ospitaw lil Maċedonja u umiljawhom bl-iskor ta’ 7-0, bil-protagonista jkun l-attakkant ta’ Arsenal, Bukayo Saka (39, 47, 51) li skor­ja trippletta  filwaqt li Harry Kane (29, 72 pen) kiseb doppjetta. Iż-żewġ skorers l-oħra kienu Marcus Rashford (45) u Kalvin Phillips (64). 

Fi Grupp B, Franza kellhom jitħabtu biex għelbu lil Greċja bl-iskor ta’ 1-0, permezz ta’ penalty ta’ Kylian Mbappe (55).

Fil-logħba l-oħra, l-Irlanda laqgħu lit-team modest ta’ Ġibiltá u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0, b’goals minn Mikey Johnston (53) u Evan Ferguson (59) u Adam Idah (93).

Fi Grupp D, it-Turkija rnexxielhom jirbħu lil Wales bl-iskor ta’ 2-0 li kellhom lil Joseff Morrell (41) imkeċċi. Il-goals waslu minn Umut Nayir (72) u Arda Guler (80) wara li Hakan Calhanoglu (64) falla penalty. 

Fi Grupp H, is-Slovenja u d-Danimarka temmew fi draw ta’ 1-1. Kien Andraz Sporar (25) li fetaħ l-iskor għat-team ospitu iżda Rasmus Hojlund (42)  għad-Daniżi. 

Minn Grupp I, l-Isvizzera u r-Rumanija spiċċaw 1-1. Mohamed Amdouni (28, 41) skorja għall-Isvizzeri iżda Valentin Mihaila (90, 92) wieġeb għar-Rumeni. 

Ekonomija

Sport