Sunday, November 24, 2024

Euro 2024: Wirja mill-aktar pożittiva … u kien ħaqqna xi ħaġa aħjar

Aqra wkoll

Malta ……..1

Ukrajna ….3

Malta sfat megħluba mill-Ukrajna bl-iskor ta’ 3-1 bir-riżultat ikun mill-aktar kiefer minħabba li tajna daqskemm qlajna u kien hemm mumenti li konna aħjar mill-avversarji tagħna … iżda l-fortuna ma daħkitilniex.

Il-Maltin fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fit-12-il minuta meta Matthew Guillaumier għadda tajjeb lejn Kyrian Nwoko li kompla lejn PAUL MBONG li avvanza u b’xutt b’saħħtu fil-baxx ħasad għal kollox lill-goalkeeper, Anatolii Trubin

L-Ukreni wieġbu erba’ minuti wara permezz ta’ cross-shot fil-baxx ta’ Suda­kov li ġie antiċipat mill-goalkeeper, Henry Bonello.

Fis-36 minuta, xutt ta’ My­khailo Mudryk ġie mdawwar f’corner b’mod stu­pend minn Bonello, iżda kien senjalat għal offside.

Mal-ħin, l-Ukreni komplew jippressaw u fid-39 minuta kisbu d-draw meta Subakov fajjar xutt bil-baxx li deher li kien sejjer barra iżda bi sfortuna kbira, Ryan Camenzuli kkommetta auto-goal meta żelaq fit-tentattiv li jikklerja bil-ballun jispiċċa fix-xibka.

Fit-42 minuta, l-Ukreni rebħu penalty meta Joseph Mbong waqqa’ lil Mudryk fil-kaxxa. Mill-11-il metru, ARTEM DOVBYK għeleb lil Bonello bil-ballun jgħaddi minn taħt idejh.

Il-Maltin għamlu reazzjoni u kienu sfortunati li ma kisbux il-goal tad-draw meta Paul Mbong għadda lejn Matthew Guillaumier li minn tarf il-kaxxa dawwar il-ballun … u bil-goalkeeper Ukren megħlub għal kollox, il-ballun stampa mal-mimduda.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin, ħarġu ferm aggressivi u is-47 minuta, xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Paul Mbong, ġie salvat minn Anatoliy Trubin.

Huma komla jipproduċu logħob sabiħ u fil-61 minuta, Joseph Mbong, ittanta xortih permezz ta’ xutt b’saħħtu fil-baxx minn tarf il-kaxxa li iżda ġie salvat parzjalment minn mal-art minn Trubin, bid-difiża Ukrena tkun pronta u tikklerja l-ballun f’si­gurtá.

L-Ukreni wieġbu fis-70 minuta permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ Mudryk li ġie mdawwar f’corner.

Malta reġgħet ħolqot il- periklu ħames minuti wara, meta xutt mid-distanza ta’ Joseph Mbong għadda għoli.

Iżda kienu l-Ukreni li ssiġillaw ir-rebħa meta MYKHAILO MUDRYK qabeż lil Cain Attard qabel ma venven kanunata mid-distanza li faqgħet ix-xibka!!

MALTA: 1-Henry Bonello, 7-Joseph Mbong (2-Cain Attard 78), 4-Steve Borg, 13-Enrico Pepe, 21-Jean Borg, 3-Ryan Camenzuli, 6-Matthew Guillaumier, 18-Nikolai Muscat (19-Bjorn Kristensen 69), 20-Yannick Yankam (8-Steve Pisani 88), 17-Kyrian Nwoko (68-Alex Satariano 68), 10-Paul Mbong (9-Luke Montebello 86)  – Coach: Michele Marcolini

UKRAJNA: 12-Anatoliy Trubin, 21-Oleksandr Karavayev (20-Oleksandr Zubkov 76), 13-Ilia Zabamyi, 22-Mykola Matviyenko (4-Oleksandr Svatok 46), 16-Vitaly Mykolenko, 5-Serhiy Sydorchuk, 17-Oleksandr Zinchenko (Olaksandr Pikhalyonok 87), 18-Vladyslav Vanat (2-Yukhym Konoplia 67), 7-Georgiy Sudakov (6-Yehor Nazaryna 67), 10-Mykhailo Mudryk, 11-Artem Dovbyk  – Coach: Serhiy Rebrov

REFEREE: Morten Krogh (Danimarka)

ASS. REFEREES: Deenis Wollenberg Rasmussen, Steffen Bramsen (Danimarka)

RABA’ UFF: Mikkel Redder (Danimarka)

SKORERS: P. Mbong 12 (M), R. Camenzuli og. 38, A. Dovbyk 42, M. Mudryk 85 (U)

AMMONITI: M. Matviyenko, O. Zubkov (U), S. Pisani (M)

Sport