Malta bdiet l-impenji tagħha fit-tielet diviżjoni tal-kampjonat tal-Euro Hockey b’telfa ta’ 3-2 kontra Ġiblitá f’logħba li saret fi Skierniewice fil-Polonja.
Il-Maltin ġew maħsuda fl-ewwel żewġ quarters fejn kienu 3-0 minn taħt iżda lejn l-aħħar il-Maltin wettqu reazzjoni u skorjaw żewġ gowls oħra. Minkejja kollox, kien tard wisq biex jieħdu xi ħaġa minn din il-partita.
Ġibilta’ skorjaw tliet darbiet konsekuttivi permezz ta’ Craig Bossano Anes, Julian Lopez u Ethan Balban bil-Maltin li wettqu reazzjoni u naqqsu l-iskor għal darba darbtejn minn Zak Degiovanni u Silas Plaehn.
Għada Malta tilgħab it-tieni impenn tagħha kontra t-tim ospitu tal-Polonja, bil-logħba li tibda fis-6pm.
Umpires kienu Lukas Zwierzchovski (Polonja) u Karolis Donculas tal-Litwanja.