Monday, October 14, 2024

Euro U/19: L-Italja jikkwalifikaw għas-semifinali

Aqra wkoll

Italja ……..1

Polonja …..1

It-Taljani kkwalifikaw għas-semifinali tal-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt id-19-il sena meta spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra l-Polonja.

Dawn iż-żewġ timijiet spiċċaw b’erba’ punti kull wieħed u b’differenza ta’ goals indaqs iżda l-Azzurri skorjaw aktar u għaldaqstant rebħu d-dritt li jgħaddu mal-aħħar erbgħa li l-avversarji tagħhom se jkunu t-team qawwi ta’ Spanja. 

Il-Pollakki fetħu l-iskor fit-tmien minuta minn Igor Strzalek iżda fl-34 minuta Luis Hasa kiseb il-pareġġ għat-Taljani. 

Sport