Kazakhstan ….. 1
Malta ……..……..3
Malta ħarġet rebbieħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra l-Kazakhstan fl-aħħar logħba minn Grupp B6 tal-Kwalifiki tal-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt id-19-il sena tan-Nisa meta pproduċiet wirja mill-aqwa.
Il-Maltin ħarġu ferm aggressivi, u wara ftit minuti Lexine Farrugia kellha xutt mill-viċin imblukkat mill- goalkeeper Ayana Toktarova.
Fit-tmien minuta, il-Kazakhstan kellhom opportunità biex imorru fil-vantaġġ iżda l-konklużjoni ta’ Nazym Aldanazar spiċċat ferm għoli.
Fil-21 minuta, il-Maltin tilfu ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta Crista Chetcuti Ganado kellha x-xutt tagħha mix-xellug salvat minn Toktarova filwaqt li r-rebound sussegwenti ġie mblukkat.
Fis-26 minuta, il-Maltin fetħu l-iskor meta wara taħwida fil-kaxxa tal-Kazakhstan, b’numru ta’ tentattivi mit-team Malti jiġu mblukkati mill-goalkeeper u d-difensuri tal-Kazakhstan, il-ballun eventwalment intemm għand Emma Sophia Flannery, li peremzz ta’ xutt b’saħħtu tefgħet il-ballun fix-xibka.
Fis-36 minuta, il-Maltin resqu viċin li jirduppjaw meta l-ballun waqa’ f’saqajn Nyorah Celeste li kellha l-konklużjoni tagħha tiġi salvata.
Eżatt qabel il-mistrieħ, il-Maltin reġgħu heddew meta Suzanne Farrugia Sacco indirizzat cross fid-direzzjoni ta’ Farrugia, li iżda ma setgħetx tagħmel kuntatt mal-ballun.
Appena għaddiet minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin irduppjaw meta Chetcuti Ganado niżżlet il-ballun lejn Farrugia li ma ħafritx.
Ħames minuti wara, l-iskor sar 3-0 b’Chetcuti Ganado terġa’ tkun providenzjali meta indirizzat cross li sab lil Nyorah Celeste, li mill-viċin tefgħet ġewwa.
Fit-68 minuta, il-Kazakhstan naqqsu l-marġni tal-iskor meta minn azzjoni ta’ corner il-ballun intemm għand Aldanazar, li mill-viċin tefgħet il-ballun fix-xibka.
Fil-partita l-oħra, il-Latvja għelbu lill-Iżrael bl-iskor ta’ 3-2 biex spiċċaw bħala r-rebbieħa tal-grupp.
KAZAKHSTAN: 12-Ayana Toktarova, (1-Didar Naken 55), 3-Azhar Shoketayeva (15-Aizada Adilbek, 28), 4-Adeliya Bekkozhina, 6-Darya Tolkachyova (16-Ramina Omarova 55), 7-Zhanel Talasbayeva, 8-Nazym Aldanazar, 11-Elina Irismetova (5-Anel Dosbolova 46), 13-Medina Murat (10-Tomiris Rakhatzhan 55), 14-Aissana Zeken, 19-Zhansezim Aissapar, 20-Diana Saby – Coach: Zhanna Malgazhdarova
MALTA: 1-Erika Muscat, 2-Thea Ida Scicluna, 3-Emma Sophia Flannery, 4-Amber Galea, 5-Francesca Bartolo, 7-Lexine Farrugia (18-Shana Farrugia, 78), 10-Nyorah Celeste, 13-Crista Chetcuti Ganado, 15-Suzanne Farrugia Sacco (6-Ema Micallef 66), 17-Lara May Azzopardi, 19-Stella Francalanza – Coach: David Attard
referee: Teona Sturua (Georgia)
ASS. refereeS: Elene Eloshvili (Georgia), Liana Grigoryan (Armenja)
RABA’ UFF: Araksya Saribekyan (Armenja)
SKORERS: E. Flannery 26, L. Farrugia 46, N. Celeste 68 (M); N. Aldanazar (K)
AMMONITI: N. Celeste (M); A. Adilbek (K)


