Il-finali tal-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt id-19-il sena li qed isir f’pajjiżna se tkun ikkontestata bejn il-Portugall u l-Italja wara li fis-semi-finali għelbu lin-Norveġja (5-0) u lil Spanja (3-2) rispettivament.
L-iskorers tal-Portugall kienu Gustavo Sa (4), Hugo Felix (17 pen), Rodrigo Ribeiro (31, 66) u Carlos Borges (69).
Fil-partita l-oħra, li kienet waħda missielta, it-Taljani kienu dejjem fil-vantaġġ permezz ta’ Samuel Vignato (52), Niccolo Pisilli (66) u Luca Lipani (85), filwaqt li għall-Ispanjoli wieġbu Victor Barbera (58) u Yarek Gasiorowski Hernadis (74).