Tuesday, December 24, 2024

Euro Under 19:  Malta fl-istess grupp mal-Portugall, il-Polonja u l-Italja

Aqra wkoll

Malta telgħet biex tilgħab mal-Portugall, il-Polonja u l-Italja hekk kif nhar l-Erbgħa telgħu l-poloz tal-finali tal-Kampjonat Ewropew tal-UEFA ta’ taħt id-19-il sena fit-Teatru Manoel fil-Belt Valletta.

Malta, li se tkun qed tagħmel id-debutt tagħha f’tournament finali ta’ Taħt id-19-il sena, kienet l-unika team seeded fi Grupp A.

Il-Greċja, l-Iżlanda, in-Norveġja u Spanja se jkunu qed jilagħbu fi Grupp B

L-ewwel tnejn f’kull grupp se jgħaddu għall-fażi tan-knockout.

Il-Portugall kienu l-aqwa seed fit-tournament. Huma rċevew bye fir-round ta’ kwalifikazzjoni, u kisbu punti massimi mill-Elite Round Grupp 4 grazzi għal rebħa ta’ 1-0 fuq l-Iżvezja u rebħiet identiċi ta’ 3-0 fuq ir-Repubblika Ċeka u l-Kroazja. Huma rebħu l-kampjonat fl-2018, u waslu sal-finali 11-il darba.

Il-Polonja rebħet Grupp 5 fir-round ta’ kwalifikazzjoni grazzi għal żewġ rebħiet ta’ 2-0 fuq il-Bosnja Ħerzegovina u l-Estonja, fejn tilfu bl-iskor ta’ 0-1 kontra l-Italja. Fir-Round tal-Elite, huma ġew draw 1-1 mal-Iżrael, għelbu lill-Latvja 3-0 qabel ġew draw ieħor, din id-darba ta’ 2-2, mas-Serbja. Huma waslu sal-finali darbtejn.

L-Italja waslet sal-finali tmien darbiet, u rebħet l-EURO ta’ taħt id-19-il sena fl-2003. Huma kkwalifikaw għar-Round Elite minkejja li kklassifikaw it-tielet fi Grupp 5 wara telfa ta’ 0-2 kontra l-Estonja, rebħa ta’ 3-2 fuq il-Bożnja Ħerzegovina u rebħa ta’ 1-0 fuq il-Polonja. FiG rupp 2 tal-Elite Round, huma għelbu lill-Ġermanja 3-2, fejn kisbu draw ta’ 0-0 mas-Slovenja u draw ta’ 2-2 mal-Belġju.

Dati tal-partiti

Fażi tal-gruppi L-Ewwel Ġurnata: 3/4 ta’ Lulju

Fażi tal-gruppi it-Tieni Ġurnata: 6/7 ta’ Lulju

Fażi tal-gruppi It-Tielet ġurnata: 9/10 ta’ Lulju

Semi-finali: 13 ta’ Lulju

Finali: 16 ta’ Lulju

Il-partiti se jintlagħbu fl-Istadium Nazzjonali, is-Centenary Stadium, it-Tony Bezzina Stadium u l-Gozo Stadium.

Ekonomija

Sport