Tuesday, May 14, 2024

EUROPA 2022 – Ħarġa ta’ Bolli tal-Pustaġġ “Stejjer u Miti”

Aqra wkoll

Fid-9 ta’ Mejju 2022, MaltaPost se tingħaqad mal-amministrazzjonijiet postali Ewropej bil-ħruġ ta’ sett ta’ bolli filateliċi bit-tema “Stories & Myths”. Din il-ħarġa tikkonsisti f’żewġ bolli, l-ewwel bolla turi ritratt tal-Leġġenda tal-Grotta tal-Calypso. It-tieni bolla turi ritratt tal-Leġġenda tal-Grotta tal-Wied tal-Isperanza.

Iż-żewġ bolli gew iddisinjati minn Fabio Agius, membru ta’ l-istaff li ilu snin twal jaħdem mall-MaltaPost kif ukoll hu l-ko-kreatur tal-Wicked Comics. Id-disinji jmorru lil hinn minn dak li huwa tradizzjonali u jiffukaw fuq il-kulur skur tant tipiku tal-arti tal-komiks.

It-tema Stejjer u Miti intgħażlet minn PostEurop – assoċjazzoni li ila mill-1993 tirrappreżenta l-interessi tal-Operaturi Ewropej. Għalhekk il-PostEurop ħadet ir-responsabbilta għall-ħruġ tal-bolli EUROPA.

Is-sett se jinħareġ f’folji ta’ ħdax -il bolla. Kull bolla hija ta’ daqs 31mm x 44mm, b’perforazzjoni ta’ 13.9 x 14.0 (comb) u l-folja hija ta’ daqs 150mm x 160mm. Il-bolli ġew stampati b’watermark tas-Salib ta’ Malta u Printex Limited ipproduċiet dan is-sett b’metodu offset. Il-ħarġa tikkonsisti f’44,000 bolla tad-€0.59 u 46,200 bolla taż-€2.00. 

Il-Bolla tad-€0.59 se tkun imdaħħla fil-kompetizzjoni għall-isbaħ bolla fil-konkors tal-bolli online EUROPA 2022. Din hi kompetizzjoni annwali online fejn xogħol kreattiv minn madwar l-Ewropa kollha jikkompeti għall-aħjar disinn. Aħna nistidnuk tara dawn il-bolli sbieħ filwaqt li nħeġġu l-poplu Malti sabiex jivvota għall-Bolla ta’ Malta fuq http://www.posteurop.org/europa2021.

Din il-ħarġa filatelika se tkun għall-bejgħ mill-Fergħat tal-MaltaPost f’ Malta u f’Għawdex minn nhar it-Tnejn 09 ta’ Mejju 2022. Ordnijiet jistgħu jsiru online fuq www.maltaphilately.com jew bil-posta mill-Bureau Filateliku, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 -Telephone 2596 1740 – e-mail: [email protected]

Sport