Thursday, December 19, 2024

European Masters: Pang Junxu jirbaħ logħba ta’ kwalitá kontra Neil Robertson

Aqra wkoll

It-tamiet ta’ Neil Robertson li jirbaħ ir-raba’ titlu fi żmien daqstant xhur intemmu fir-round tal-Aħħar 32 tal-European Masters li qed isir f’Milton Keynes, hekk kif tilef logħba ta’ kwalità għolja kontra Pang Junxu, 5-4.

It-telfiet ta’ Robertson u Barry Hawkins ifisser li tlieta biss mill-aqwa 16-il players tad-dinja – Ronnie O’Sullivan, Yan Bingtao u Anthony McGill – għamluha għall-Aħħar 16.

L-Awstraljan Robertson rebaħ l-English Open, il-Masters u l-Players Championship dan l-istaġun iżda din il-ġimgħa kien ħruġ bikri għan-numru erbgħa tad-dinja.

Breaks ta’ 91, 104 u 100 għenu biex Robertson jiftaħ vantaġġ ta’ 4-2, iżda ċ-Ċiniż Pang, 22 sena, li rebaħ il-premju tar-Rookie tas-Sena wara staġun ta’ debutt impressjonanti fl-2020/21, irribatta lura bi 73 u 101 għal 4-4. Fil-frame deċiżiv Robertson kellu l-ewwel ċans ċar u għamel 29 qabel ma falla l-kannella fil-pocket ta’ fuq. Pang ħa ċ-ċans li jmiss u approfitta bi break mill-aqwa ta’ 90 biex għadda għall-Aħħar 16 ta’ avveniment ranking għar-raba’ darba.

Pang issa jiltaqa’ ma’ David Gilbert, li wara li kien 4-3 minn taħt għeleb lil Barry Hawkins 5-4. Yuan Sijun għamel break ta’ 102 fir-rebħa 5-2 fuq Ricky Walden, filwaqt li Liang Wenbo għamel 131 f’whitewash, 5-0, kontra Noppon Saengkham tat-Tajlandja

In-nixfa ta’ 11-il xahar ta’ Judd Trump mingħajr titlu ranking kompliet hekk kif tilef 5-3 kontra Kurt Maflin fit-tielet round.

Trump ingħaqad ma’ John Higgins u Kyren Wilson bħala l-akbar vittmi fit-tielet jum tat-tournament f’logħba oħra ta’ kwalitá li fiha Trump għamel żewġ centuries iżda xorta tilef kontra l-player 30 post ‘il isfel minnu.

Trump għamel breaks ta’ 79 u 100 biex wasal 2-1, iżda Maflin għamel 79, 72 u 92 biex mar 4-2 minn fuq. Trump irrisponda b’124 għal 4-3 u kellu ċ-ċansijiet iżda ma setax japprofitta bl-aħħar kelma kienet ta’ Maflin li għalaq il-logħba fit-tmien  frame, u issa jiltaqa’ ma’ Anthony McGill, li għeleb lil Mitchell Mann 5-1 bl-aqwa break ta’ 134.

Il-ħames seed Wilson sofra telfa sorpriża 5-4 kontra n-numru 80 fid-dinja, Fan Zhengyi, b’dan ifalli ċans tad-deheb li jagħmel il-147 fil-ħames frame, iżda tilef il-kannella finali delikata meta kien fuq 125. 

L-eks champion tal-Masters, Yan Bingtao, għeleb lil Joe Perry 5-2 bl-aqwa break tiegħu jkun ta’ 93.

Ekonomija

Sport