Tuesday, December 24, 2024

European Youth Olympic Festival: Malta ser tkun rappreżentata fl-Atletika u l-Ġinnastika

Aqra wkoll

Il-Festival Olimpiku taż-Żgħażagħ Ewropej ġie ddikjarat uffiċjalment miftuħ illejla f’Banska Bystrica, is-Slovakkja quddiem udjenza li tirrappreżenta 48 pajjiż, 2,300 atleta u 1,300 uffiċjal u delegat tekniku. Dawn se jkunu appoġġjati minn 1,100 voluntier.

Il-bandiera ta’ Malta nġarret minn Mireya Bugeja (Atletika), u Matthew Galea Soler (Atletika).

L-ewwel impenji ta’ Malta se jsiru nhar it-Tnejn 25 ta’ Lulju meta Matthew Galea Soler jikkompeti fl-ewwel round tat-tellieqa tal-400m fil-5:30 p.m. Hu se jkun segwit minn Mireya Bugeja li se tikkompeti wkoll fl-ewwel round tat-tellieqa tat-800m, fis-6:00 pm.

L-impenji tal-ġinnastika mistennija jibdew nhar l-Erbgħa meta Philippa Busuttil jidħol fl-azzjoni fl-1000hrs.

Numru tal-avvenimenti se jiġu trasmessi live fuq l-EOC Channel – https://eoctv.org/live/

L-atleti Maltin huma akkumpanjati mill-uffiċjali Nataliya Berehova (Ġinnastika) u Xandru Grech (Atletika) u mmexxija minn Chef de Mission u MOC Direttur tal-Media Maria Vella-Galea.

Ekonomija

Sport