Thursday, December 26, 2024

Evakwati mal-4,000 resident hekk kif żbroffa vulkan fl-Iżlanda

Aqra wkoll

Wara ġimgħat ta’ attivitijiet intensi ta’ ċaqliq,  żbroffa l-vulkan li jinsab fil-peniżola Reykjanes fil-Lbiċ tal-Iżlanda. Konsegwenza t’hekk, ġew evakwati mal-4,000 persuna mill-belt ta’ Grindavik. 

L-uffiċju meterjoloġiku tal-pajjiż qal li l-vulkan żbroffa għall-ħabta tal-10:15 p.m tat-Tnejn. Huwa qal li din mhijiex l-ewwel darba li ġara dan il-każ, hekk kif il-vulkan ilu jesperjenza żieda fl-attività tat-terremoti sa mill-aħħar ta’ Ottubru.

F’kumment li ta lill-midja internazzjonali, uffiċjal għall-pulizija fid-Difiża Ċivili qal li l-eruzzjoni seħħet malajr u dehret li kienet avveniment pjuttost kbir.

Ekonomija

Sport