Il-kumitat li għamel evelwazzjoni tan-nomina tal-Avukat Veronique Dalli biex tinħarat Imħallef tal-Qorti tal-Unjoni Ewropea, irrikonoxxa li hija għanda l-kwalifiċi u l-esperjenza legali, iżda fl-istess ħin ma laqax in-nomina fuq kriterji speċifiċi.
Kien għalhekk li l-Avukat Dalli ħarġet minn jeddha mill-proċess, u allura l-Gvern Malti jista’ jinnomina persuna oħra għal din il-kariga.
F’kummenti mal-midja, Dr Dalli qalet li hija ħasset li l-evalwazzjoni tagħha kienet diġà determinata minn qabel.
L-evalwazzjoni ta’ Dalli ġiet wara li Dr Edward Zammit Lewis kien saħaq li kien ġie imminat fil-proċess tal-għażla għall-istess kariga, hekk kif dawk mill-għaqda estremista Repubblika u saħansitra deputati Nazzjonalisti kienu ħarġu jifirħu kontra n-nominat Malti.
Zammit Lewis kien qal li ma jridx jara nies oħra jiffaċċjaw din il-kattiverja. Zammit Lewis, bħal Veronique Dalli, kien spiċċa nominat minn Malta wara sejħa pubblika.