Saturday, December 28, 2024

Evarist Bartolo jappella għal tiġdid morali fil-PL

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo illum saħaq li l-Partit Laburista jeħtieġ li jgħaddi minn riforma sostanzjali li jsarraf f’tiġdid morali.

“Dawn is-snin fil-gvern urew li għandna bżonn ħafna ta’ boxxla morali biex tmexxina bil-valuri tal-onestà, ġustizzja, umiltà, serjetà u li ngħixu l-politika bħala servizz lejn il-poplu kollu tagħna, imma l-iżjed id-dgħajfa. Ma nistgħux inkunu karozza tal-ġiri bla brejkijiet u bla GPS,” tenna l-Ministru Bartolo.

Bartolo żied jgħid li l-Partit Laburista ma jistax ikun il-paraventu li warajh jinħbew “erba’ persuni tal-flus bla skruplu jaħtfu l-ġid u l-istituzzjonijiet tal-pajjiż għall-interessi personali tagħhom.”

Huwa temm jisħaq li r-riforma għandha twassal biex il-PL ikun ta’ tama għall-poplu għall-ħolqien għaqli tal-ġid u t-tqassim ġust tiegħu. Dan bilgħan li s-soċjetà ssir aktar demokratika, umana u ugwali.

Ekonomija

Sport