Saturday, December 14, 2024

Everton ikeċċu lil Rafael Benitez

Aqra wkoll

Rafael Benitez tkeċċa minn manager ta’ Everton wara inqas minn seba’ xhur fit-tmexxija.

It-Toffees ħatru lill-eks manager ta’ Liverpool, ta’ 61 sena, bħala s-suċċessur ta’ Carlo Ancelotti, f’Ġunju li għadda.

Everton, li nhar is-Sibt tilfu 2-1 kontra Norwich City, rebħu waħda biss mill-aħħar 13-il logħba tagħhom fil-Premier League u jinsabu fis-16-il post tal-klassifika, sitt punti fuq il-postijiet tar-relegazzjoni.

Il-klabb sostna li se jsir aġġornament dwar is-suċċessur tiegħu.

Everton kellhom laqgħa ta’ emerġenza nhar is-Sibt biex jiddiskutu l-futur ta’ Benitez wara t-telfa f’Carrow Road, li kienet id-disa’ telfa fl-aħħar 12-il logħba tal-kampjonat tal-klabb.

Il-kontinġent ta’ Everton li vvjaġġa lejn Norwich, kellu argument ma’ Benitez u qallu biex jitlaq mill-club b’mod immedjat  filwaqt li partitarju invada l-grawnd biex jipprova jikkonfronta lill-Ispanjol.

Benitez, li l-impjieg preċedenti tiegħu fil-Premier League kien ma’ Newcastle United, ħalla lil Everton b’rekord ta’ 31.8% – l-agħar rekord tiegħu fit-tmexxija ta’ klabb Ingliż.

Ekonomija

Sport