Everton huma interessati li jiffirmaw lill-attakkant ta’ Blackburn Rovers, Ben Brereton Diaz.
Il-player ta’ 22 sena qed jirnexxi dan l-istaġun fiċ-Championship, wara li lagħab 30 logħba, skorja 20 goal fil-proċess, u wera lilu nnifsu vitali għall-pjanijiet tal-manager, Tony Mowbray.
Madankollu, l-internazzjonali taċ-Ċilì se jkun bla kuntratt mal-klabb fis-sajf, għalkemm Rovers għandhom l-għażla li jestendu dak il-kuntratt b’sena jekk jixtiequ.
Uwa mifhum li Everton huma interessati li jiffirmaw lil Diaz, u qed isegwu l-wirjiet tiegħu, għalkemm mhumiex l-uniku team tal-Premier League li qed jagħmel dan.
Naturalment, hemm possibbiltà reali li Blackburn stess jistgħu jkunu qed jieħdu sehem fil-Premier League matul l-istaġun li ġej, peress li bħalissa jinsabu fil-postijiet tal-play-off taċ-Championship.
Everton se jerġgħu jkunu fl-azzjoni nhar il-Ħadd hekk kif jilqgħu f’darhom lil Wolves.