Monday, November 4, 2024

Everton iridu jippreżentaw id-dokumenti sal-aħħar tas-sena

Aqra wkoll

Hekk kif Everton ġew penalizzati 10 punti mill-Premier League Ingliż wara li kisru r-regolamenti tal-fair play finanzjarju, il-klabb irid jerġa’ jgħaddi minn skrutinju doppju f’Diċembru u f’Marzu li ġej sabiex l-awtoritajiet Ingliżi jaraw li l-kontijiet tagħhom ikunu skont il-liġi.

Fil-fatt, The Toffees iridu jippreżentaw l-ewwel dokumenti sal-aħħar tas-sena sabiex tliet xhur wara huma jkunu jafu jekk kollox hux qed jimxi ma’ dak li suppost qed isir.

Ġaladarba jinstabu xi kontijiet suspettużi, Everton jistgħu jkomplu jonqsulhom iktar punti.

Sport