Sunday, November 24, 2024

Everton iridu lil Alexis Sanchez

Aqra wkoll

Everton qed jippreparaw li jagħmlu offerta sorpriża għall-player ta’ Inter, Alexis Sanchez.

L-ex player ta’ Arsenal u Manchester United għad irid jibda logħba għal Inter dan l-istaġun u dan l-aħħar esprima d-diżappunt tiegħu għan-nuqqas ta’ ħin ta’ logħob tiegħu fuq il-media soċjali.

Bil-kuntratt ta’ Sanchez li jiskadi fl-2023, huwa mistenni li jħalli liċ-champions tas-Serie A fis-sajf li ġej fost spekulazzjonijiet dwar ritorn fil-Premier League.

Il-manager ta’ Everton, Rafael Benitez, jinsab ħerqan li jikseb ftehim għal Sanchez f’Jannar l-aktar minħabba l-injuries ta’ Richarlison u Dominic Calvert-Lewin.

It-Toffees ikunu lesti li joffru lil Cenk Tosun fi ftehim ta’ tpartit dirett, iżda Inter huma lesti li jirrifjutaw malajr dik il-proposta hekk kif qed ifittxu li jirkupraw ħlas għal Sanchez.

Il-player ta’ 32 sena skorja 11-il goal u pprovda 19-il assist minn 75 logħba għan-Nerazzurri iżda s’issa dan l-istaġun lagħab biss 52 minuta fis-Serie A.

Sport