Everton ikkonfermaw l-firma ta’ Dele Alli mingħand Tottenham Hotspur bi trasferiment permanenti.
L-internazzjonali Ingliż iffirma kuntratt dwar ftehim ta’ sentejn u nofs f’Goodison Park, li se jżommu fil-club sa Ġunju 2024.
Alli, li hu mifhum li ngħaqad bi ftehim inizjali b’xejn iżda bi ftehim li Everton iħallsu lil Spurs £10 miljun ladarba jkun lagħab 20 logħba, isir l-ewwel akkwist permanenti tal-manager Frank Lampard bħala l-manager tat-Toffees u t-tieni akkwist fl-aħħar ta’ jannar wara l-ftehim ta’ self ta’ Donny van de Beek mingħand Manchester United.
“Ninsab kuntent li ffirmajt ma’ Everton, club kbir b’fanbase u storja kbira,” qal Alli lis-sit elettroniku uffiċjali tal-club.
“Ninsab ħerqan li nibda nilgħab u ma nistax nistenna l-ewwel logħba tiegħi bil-flokk ta’ Everton. Ninsab ħerqan li ngħin lit-team u qed inħares ‘il qudddiem għall-opportunità li naħdem mal-manager il-ġdid Frank Lampard.”