Everton ingħaqdu fit-tellieqa għall-midfielder minn Wales ta’ 30 sena, Aaron Ramsey, li kien marbut ma’ tbegħid minn Juventus.
Il-Bianconeri ffirmaw lil Ramsey mingħand Arsenal fl-2019 u issa jingħad li huma lesti li jħalluh jitlaq bi free transfer f’Jannar, bl-internazzjonali ta’ Wales lagħab biss tliet darbiet fis-Serie A s’issa dan l-istaġun.
Everton ingħaqdu ma’ West Ham United fit-tellieqa għall-midfielder, li jingħad li huwa miftuħ għar-ritorn fl-ogħla diviżjoni Ingliża, iżda huwa mifhum li l-pagi tal-player minn Wales jistgħu jkunu ta’ xkiel kbir għaż-żewġ clubs.
Mossa bħal din tara lil Ramsey jirritorna fil-Premier League wara li qabel qatta’ perjodu ta’ 11-il sena ma’ Arsenal, fejn għamel 371 dehra u skorja 65 goal u pprovda daqstant ieġor ammont ta’ assists għall-Gunners.
Mit-trasferiment tiegħu għal mal-Bianconeri, huwa deher 69 darba, fejn skorja sitt goals u pprovda sitt assists, filwaqt li rebaħ is-Serie A, il-Coppa Italia u s-Supercoppa Italiana.