Monday, August 11, 2025

Everton lesti jħallsu l-paga ta’ Jack Grealish biex jiffirmawh

Aqra wkoll

Everton lesti jħallsu l-maġġoranza tal-paga ta’ £300,000 fil-ġimgħa ta’ Jack Grealish hekk kif jittamaw li jlestu mossa ta’ self għall-plejer meqjus bħala emarġinat ta’ Manchester City.

It-Toffees ma ġewx imfixkla mit-talbiet The Citizens u huma ppreparati jħallsu l-akbar parti mill-paga sostanzjali tal-plejer ta’ 30 sena, ftehim li jista’ jilħaq valur ta’ £12 miljun jew €14.1 miljun. Id-diskussjonijiet komplew matul is-sajf, b’Everton tfittex jistabbilixxu l-parametri biex jimbuttaw dan il-ftehim aktar ’il quddiem.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport