Id-diriġenti ta’ Everton qed jaħdmu bla heda sabiex isaħħu l-iskwadra tagħhom u eventwalment imorru aħjar mill-istaġun li għadda.
Bħalissa huma qed jevalwaw il-possibbilta’ li jiksbu l-firma tal-midfielder ta’ Blackburn Rovers Adam Wharton. Dan tal-aħħar għandu 19-il sena u dan l-aħħar qed jiġi evalwat anke minn Newcastle United.
Sadanittant The Rovers jistgħu jbiegħu lil dan il-plejer għas-somma ta’ €15-il miljun, flus li bihom jistgħu jmorru għal żewġ objettivi tagħhom li huma Ellis Simms u Amadou Onana.