Sunday, December 22, 2024

“Evidenza minn imnasab tal-għasafar tal-għana turi abbuż rampanti tad-deroga paraventu tar-‘riċerka xjentifika’”

Birdlife Malta tissottometti rapport hekk kif nhar il-Ħamis se jkun hemm is-smigħ tal-kawża fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja

Aqra wkoll

Nhar il-Ħamis li ġej fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja se jkun hemm is-smigħ fuq id-deroga paraventu tar-‘riċerka xjentifika’ dwar l-għasafar tal-għana.

Fi stqarrija BirdLife Malta li keinet ssottomettiet rapport dwaris-sejbiet li għamlet u dak li esperjenzat tul l-aħħar deroga għall-insib tal-għasafar tal-għana bejn Ottubru u Diċembru 2023.

“Matul dan il-perjodu BirdLife Malta osservat b’mod sistematiku numru ta’ mnasab sabiex tifhem aħjar l-impatti ta’ din id-deroga tal-insib taħt l-iskuża ta’ eżerċizzju ta’ ‘riċerka xjentifika’.

“B’aktar minn 2,600 mansab għall-għasafar tal-għana rreġistrati tul il-ħarifa li għaddiet, fieldwork li wettqet BirdLife Malta żvela kif saħansitra numru akbar ta’ mnasab kienu qed jitħaddmu illegalment, bi wħud minnhom jiġu rreġistrati mat-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) wara li ġew irrappurtati lill-pulizija. Imnasab tal-għasafar tal-għana li kienu rreġistrati skont il-liġi wkoll kienu osservati jabbużaw mill-kundizzjonijiet tad-deroga, bl-għasafar tal-għana jinqabdu u jinżammu fil-każi kollha,” tgħid l-istqarrija ta’ BirdLife Malta.

Ekonomija

Sport