Sunday, December 29, 2024

Evidenza turi li r-Russi wettqu reati sesswali orribbli fuq il-priġunieri tal-gwerra miżmuma f’Kherson

Aqra wkoll

L-abbuż sesswali, qtugħ ta’ nifs, u s-swat kienu wħud mill-metodi li rrikorrew għalihom is-suldati Russi u li wettquhom fuq dawk il-persuni li kienu qed jinżammu fin-Nofsinhar tal-Ukrajna. Dan it-tagħrif ġie żvelat minn tim legali fl-aħħar sigħat.

Lura f’April tas-sena l-oħra, il-Global Rights Compliane waqqaf tim sabiex jinvestiga l-krimini tal-gwerra li twettqu fuq l-Ukreni, magħruf bħala Mobile Justice Team — grupp li jikkonsisti f’numru ta’ prosekuturi, avukati u analisti.
Kważi nofs l-Ukreni li kienu qed jinżammu f’dawn “il-kmamar ta’ tortura” f’Kherson waqgħu vittmi ta’ dawn l-abbużi, kompliet jgħid l-istess tim.

L-evidenza li nġabret minn ‘il fuq minn 35 kamra taħt l-art kixfet ir-reati sesswali orribbli li twettqu mill-armata Russa. Uħud mit-tattiċi li applikaw fuq il-vittmi tagħhom jinkludu xokkijiet fil-partijiet ġenitali kif ukoll rape permezz ta’ oġġetti.

Anna Mykytenko, konsulenta legali fi ħdan l-istess kumpanija ta’ avukati, f’intervista li kellu mal-midja internazzjonali fissret li din l-evidenza turi “pjan sistematiku sabiex mhux biss tumilja lill-priġunieri tal-gwerra, iżda wkoll pjan biex tinqered l-identità Ukrena”.

Hija kompliet billi wegħdet li l-missjoni tagħhom hija li jiġu indifentifikati l-persuni li kienu responsabbli minn dawn ir-reati sabiex tkun tista’ ssir ġustizzja mal-vittmi. “M’hemmx lok għall-maħfra,” saħqet Mykytenko.

Ekonomija

Sport