Sunday, December 22, 2024

Ex-player Awstrijak maqtul fi qtil-suwiċidju fi Vjenna

Aqra wkoll

L-eks player internazzjonali Awstrijak, Volkan Kahraman, 43 sena, safa maqtul fi qtil-suwiċidju fil-kapitali tal-Awstrija, Vjenna, l-Erbgħa filgħaxija.

Kahraman, li lagħab ukoll fl-Olanda ma’ Feyenoord u Excelsior, inqatel b’tiri barra bar fi Vjenna. Kahraman kien rappurtat li kien f’argument ma’ eks ħabib u sieħeb fin-negozju qabel seħħ l-inċident.

Il-qattiel imbagħad ġie rrappurtat li dawwar il-pistola fuqu nnifsu. Il-pulizija Awstrijaka kkonfermat li fetħet investigazzjoni dwar l-inċident, u l-kelliem Daniel Furst, qal: “Ġejna msejħa fuq il-post għall-ħabta tal-11.40 am, iżda kull tentattiv ta’ risuxxitazzjoni wera li ma ħalliex frott.”

Sadanittant, intbagħtu tributi għal Kahraman, bl-ex-team tiegħu, Austria Vienna, jikteb fuq Twitter: “Istrieħ fis-sliem, Volkan. Awstria Vienna jixtiequ saħħa kbira lil dawk li ħallejt warajk, fuq kollox lill-familja u lill-ħbieb qrib tiegħek.”

Il-club Olandiż, Excelsior, qal: “Irċevejna l-aħbar ta’ dieqa li l-eks player tagħna, Volkan Kahraman, miet bħala riżultat ta’ reat. L-Awstrijak lagħab mal-club tagħna mill-1998 sal-2000 u wasal għal 63 partita, li fihom skorja ħames darbiet.”

It-team nazzjonali Awstrijak ħareġ ritratt ta’ Kahraman fuq Twitter jilgħab għalihom bil-flokk iswed u abjad, bil-messaġġ: “RIP. Volkan Kahraman.”

Ekonomija

Sport