Il-club Franċiż ta’ Rennes jinsab f’luttu hekk kif tħabbret il-mewt tal-ġurnalista Arman Soldin li nqatel fl-Ukrajna waqt attakk li wettqu r-Russi fir-reġjun ta’ Lviv. Soldin kien qed jagħmel xogħlu bħala ġurnalist investigattiv meta ntlaqat wara sparatura li seħħet.
Rennes riedu jagħtu ġieh lil dan il-ġurnalist li sa ftit tas-snin ilu kien jagħmel parti mis-settur taż-żgħażagħ tat-tim filwaqt li ġieli lagħab ukoll mat-tim tal-kbar.