L-atleti Maltin bdew bl-impenji tagħhom fil-European Youth Olympic Festival, f’Banska Bystrica, is-Slovakkja, it-Tnejn waranofsinhar.
Matthew Galea Soler kkompeta fl-ewwel heat ta’ kwalifikazzjoni tal-400m. Il-ħin tiegħu ta’ 49.29 sekondi ippermettielu jikkwalifika għar-rawnd finali li se jsir nhar il-Ħamis, 28 ta’ Lulju, fit-8.00 pm.
Fit-tellieqa tat-800m, Mireya Bugeja spiċċat fit-tmien post b’ħin ta’ 2:26.56.