Wednesday, October 9, 2024

Ezequiel Fernandez fil-mira ta’ Liverpool

Aqra wkoll

Liverpool qed jistennew li jiġi s-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar sabiex iżidu plejer f’nofs il-grawnd. Fil-fatt, il-kowċ Jurgen Klopp identifika plejer li jista’ jgħin ħafna f’dan id-dipartiment tant importanti apparti li jkollu aktar għażla fl-iskwadra.

Għajnejn Klopp marru fuq Ezequiel Fernandez li għandu 22 sena u bħalissa jilgħab ma’ Boca Juniors. Matul dan l-istaġun diġa’ deher 39 darba u għandu kurrikulu ferm tajjeb meta rebaħ il-kampjonat Arġentin, il-League Cup, it-Tazza Libertadores, is-Super Cup u t-Tazza Arġentina.

Fernandez jixtieq ħafna jingħaqad mar-Reds, tim li hu jammira ħafna.

Sport