Friday, June 20, 2025

Eżerċizzju ta’ taħriġ b’simulazzjoni ta’ xenarju ta’ Emerġenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta 

Aqra wkoll

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jixtieq javża lill-pubbliku li ser ikun qiegħed
jorganizza eżerċizzju ta’ taħriġ b’simulazzjoni ta’ xenarju ta’ emerġenza nhar itTlieta 24 ta’ Ġunju ,filgħodu. Dan l-eżerċizzju ser isir bl-involviment ta’ għadd ta’
partijiet interessati u organizzazzjonijiet, li jistgħu jiġu mobilizzati f’każ ta’
emerġenza fl-ajruport.

Eżerċizzji bħal dawn isiru f’konformità mar-rekwiżiti ta’ regolamenti internazzjonali u Ewropej, bl-għan li jevalwaw kemm il-livell ta’ tħejjija tal-entitajiet involuti kollha, kif ukoll l-adegwatezza tal-pjan ta’ rispons.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jixtieq javża lil persuni li ser ikunu qegħdin
jivvjaġġaw nhar it-Tlieta li l-vjaġġ tagħhom mhuwiex se jiġi affettwat minn dan leżerċizzju.

Barraminnhekk, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jixtieq ifakkar lillpubbliku li attività mhux tas-soltu, bħall-moviment ta’ vetturi ta’ rispons għal
emerġenza u salvataġġ fil-viċinanzi tal-ajruport, m’għandhiex tikkawża allarm.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jixtieq jirringrazzja lill-pubbliku talkooperazzjoni tiegħu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport