Manchester United jistgħu jbigħu lil Aaron Wan-Bissaka, Eric Bailly, Phil Jones, Alex Telles, Anthony Martial u Marcus Rashford matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Ir-Red Devils ħabbri li se jkunu qed jaħtru lil Erik ten Hag bħala l-manager il-ġdid tagħhom, u l-Olandiż mistenni jingħata s-somma ta’ £200m biex itejjeb l-iskwadra fis-suq tat-trasferimenti li ġej.
Paul Pogba, Nemanja Matic, Jesse Lingard, Edinson Cavani, Juan Mata u Lee Grant kollha se jkunu bla kuntratt mal-club fl-aħħar ta’ Ġunju u mistennija jħallu lir-Red Devils.
Sadanittant, huwa mifhum li Wan-Bissaka, Bailly, Jones, Telles, Martial u Rashford kollha jistgħu jinbiegħu sabiex ikomplu jagħtu spinta lill-baġit f’Old Trafford.
Martial bħalissa jinsab misluf ma’ Sevilla iżda mistenni jirritorna ma’ Manchester United fi tmiem l-istaġun, bil-club Spanjol mhux qed jippjana li jiftaħ taħditiet dwar trasferiment permanenti.
Rashford beda l-partita kontra Liverpool fil-Premier League nhar it-Tlieta, iżda l-player internazzjonali Ingliż għal darb’oħra naqas milli jħalli l-marka tiegħu u issa jista’ jħalli lill-club dan is-sajf biex jipprova jerġa’ jqajjem il-karriera tiegħu.
Sadanittant, id-difensuri Wan-Bissaka, Bailly, Jones u Telles mhux maħsuba li se jkunu fil-pjanijiet ta’ Ten Hag biex ir-Red Devils jaspiraw li jerġgħu iqumu fuq saqajhom.