Tuesday, December 24, 2024

F1: Bernie Ecclestone jeħel 17-il xahar ħabs sospiżi wara li nstab ħati ta’ frodi

Aqra wkoll

L-eks kap tal-Formula Wieħed, Bernie Ecclestone, ingħata sentenza sospiża wara li wieġeb ħati ta’ frodi.

Ecclestone li għandu 92 sena, ma ddikjarax aktar minn £400 miljun miżmuma f’kont f’Singapore meta mistoqsi mill-awtoritajiet tat-taxxa fl-2015.

Ecclestone aċċetta f’soluzzjoni ċivili li jħallas lura kważi £653 miljun lil HM Revenues & Customs, intqal fil-qorti.

Huwa ġie kkundannat 17-il xahar ħabs, sospiżi għal sentejn.

Il-biljunarju kien oriġinarjament kellu jgħaddi ġuri x-xahar id-dieħel wara li inizjalment wieġeb mhux ħati.

Fil-Qorti ntqal li f’Lulju tal-2015 saret laqgħa bejn l-uffiċjali ta’ Ecclestone u tal-HMRC.

Jingħad li Ecclestone kien “ifittex li jiġbed linja taħt l-investigazzjonijiet dwar l-affarijiet tat-taxxa tiegħu” għax “kien xtaq li jħallas kontijiet kbar għall-pariri”.

Dak iż-żmien, huwa ddikjara li kellu kont wieħed biss li ġie stabbilit f’isem it-tfal tiegħu.

Skond l-akkuża, huwa kien qal lill-HMRC li ma kienx “benefiċjarju ta ‘xi kont fir-Renju Unit jew barra”.

Iżda wara investigazzjoni li l-HMRC qabel iddeskriva bħala “kumplessa”, dik it-tweġiba wriet li ma kinitx preċiża.

Nhar il-Ħamis, Ecclestone wasal f’Southwark Crown Court ma’ martu Fabiana u tkellem biss biex jgħid lill-imħallef “li huwa ammenta li kien ħati” u biex jikkonferma dettalji bażiċi.

Huwa deher wisq fraġli hekk kif qam biex jindirizza lill-Imħallef fil-qorti.

It-team legali tiegħu argumenta li l-ex kap tal-F1 m’għandux jiffaċċja sentenza ta’ ħabs, minħabba l-età avvanzata tiegħu, kwistjonijiet mediċi, u livell baxx ta’ riskju għall-pubbliku.

Ekonomija

Sport