Il-leader tal-Kampjonat tal-Formula Wieħed, Charles Leclerc, kiseb l-aħjar ħinijiet fil-provi liberi tal-Grand Prix ta’ Spanja li se jsir nhar il-Ħadd li ġej fiċ-ċirkwit ta’ Katalunja.
Huwa kiseb ħin ta’ minuta u 19.670 sekondi.
Il-ħin tas-sewwieq tal-Ferrari kien 0.117 sekondi inqas minn dak ta’ George Russell li kien segwit mill-kollega tiegħu tal-Mercedes.
It-tieni sewwieq tal-Ferrari, Carlos Sainz, spiċċa fir-raba’ post quddiem Max Verstappen tar-Red Bull.