Saturday, December 21, 2024

F1: Charles Leclerc jirbaħ il-pole position tal-Awstralja

Aqra wkoll

Is-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari), illum se jibda mill-pole position tal-Grand Prix tal-Awstralja wara li kiseb l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali.

Huwa kiseb dan is-suċċess b’mod drammatiku meta proprju fl-aħħar dawra tiegħu huwa għeleb lill-Olandiż, Max Verstappen (Red Bull) meta kiseb ħin ta’ minuta u 17.868 sekondi … differenza ta’ 0.286 ta’ sekon­da. 

Dawn il-provi ġew interrotti wara li l-Ispanjol, Fernando Alonso (Alpine) kien involut fi kraxx minħabba problemi fil-hydraulic.

Mit-tielet post se jibda l-Messikan tar-Red Bull, Sergio Perez li se jkun segwit mit-tliet Britanniċi, Lando Norris (McLaren), Lewis Hamilton (Mercedes) u George Russell (Mercedes). 

Kif wieħed jista’ jinnota, Hamilton qed ikompli jiddiżappunta hekk kif huwa stess sostna li l-karozza Mercedes m’għadhiex kompetittiva u ta ndikazzjoni li jista’ jirtira.  

Ekonomija

Sport