Saturday, October 26, 2024

F1: Charles Leclerc se jibda mill-ewwel pożizzjoni fil-Grand Prix ta’ Franza

Aqra wkoll

Is-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari) il-Ħadd se jibda mill-pole position fil-Grand Prix ta’ Franza li se jsir fiċ-ċirkwit ta’ Paul Ricard, fil-provinċja ta’ Cote D’Azur, fuq distanza ta’ 310 kilometru … bi 53 dawra.

Dan wara li huwa kiseb l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali meta rreġistra ħin ta’ minuta u 30.872.

Kien lejn l-aħħar li huwa għeleb lill-Olandiż, Max Verstappen (Red Bull) li deher li kien riesaq lejn is-seba’ pole position tal-istaġun.

Mit-tielet post se jibda l-Messikan Sergio Perez (Red Bull) segwit mit-tliet Britanniċi, Lewis Hamilton (Mercedes), Lando Norris (McLaren) u George Russell (Mercedes).

Iż-żewġ sewwieqa, l-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari) u d-Daniż Kevin Magnussen (Haas) se jibdew mill-aħħar pożizzjoni wara li ngħataw penalitá minħabba li utilizzaw magni ġodda.

Ta’ nota huwa l-fatt li t- tiġrija tal-lum se tkun it-300 waħda ta’ Hamilton.

Il-leader tal-klassifika ġe­nerali huwa Verstappen li għandu 208 punt fejn qed igawdi 38 vantaġġ fuq l- eqreb rival, Leclerc, hekk kif fadal 11-il tiġrija għat- tmiem.

Sport