Sunday, November 24, 2024

F1: Felipe Massa jiftaħ azzjoni legali wara li ġie mċaħħad mit-titlu fl-2008

Aqra wkoll

Felipe Massa qed jieħu azzjoni legali fuq allegata “konfoffa”  li ċaħħditu mit-titlu tal-2008, mirbuħ minn Hamilton għall-McLaren.

L-eks sewwieq Brażiljan tal-Ferrari tilef it-titlu tal-2008 b’punt kontra Hamilton.

“Kieku kulħadd għandu jiftaħ sitwazzjonijiet allura l-isport ikun f’diżordni u speċjalment meta tħares lejn il-kampjonati sħaħ,” qal Toto Wolff, il-kap tal-Mercedes

“Qed niffirmaw regolamenti sportivi li huma ċari ħafna u inti timpenja ruħek [biex] bħala detentur ta’ liċenzja.

“Tant hemm affarijiet li għandhom influwenza jekk tirbaħ jew titlef li ma narax li hemm każ biex inkun onest.”

L-azzjoni ta’ Massa hija bbażata fuq l-avvenimenti u l-konsegwenzi tal-Grand Prix ta’ Singapore tal-2008, li fih s-sewwieq tar-Renault Nelson Piquet Jr.  kien involut f’aċċident premeditat. 

Massa, ta’ 42 sena, allega li ġie mċaħħad mit-titlu għax il-mexxejja tal-isport kienu jafu li t-tiġrija kienet manipulata, iżda ma ħadu ebda azzjoni sa sena wara.

Wolff iddeskriva s-sitwazzjoni bħala “soap opera” li “qed iddoqq quddiemi” iżda Massa allegatament qal li l-kummenti tal-Awstrijak urew “aħna fit-triq it-tajba” u li “in-nies fil-Formula Wieħed qed jirrealizzaw is-serjetà u l-importanza tal-każ tagħna”.

Sport